5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 – Reisenthel vs EUIPO (keep it easy)
(Kawża T-308/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali keep it easy - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 326/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Peter Reisenthel (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. A. Busse, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2659/2014-5), applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali keep it easy bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Peter Reisenthel huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 17.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy