12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2016 – CW vs Il-Parlament
(Kawża T-309/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Dmir ta’ assistenza tal-amministrazzjoni - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Miżuri provviżorji ta’ tkeċċija - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà - Talba għad-danni - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment amministrattiv - Żnaturament tal-provi - Żball ta’ liġi”))
(2016/C 462/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: CW (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015, CW vs Il-Parlament (F-124/13, EU:F:2015:23), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015, CW vs Il-Parlament (F-124/13), hija annullata.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem awla tal-Qorti Ġenerali differenti minn dik li ddeċidiet dan l-appell.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 270, 17.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy