27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2016 – Market Watch vs EUIPO – Glaxo Group (MITOCHRON)
(Kawża T-312/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MITOCHRON - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MIVACRON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 232/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Marzu 2015 (Każ R 507/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glaxo Group Ltd u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 17.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy