5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-314/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur impriża li kkonkludiet kuntratt ta’ konċessjoni għall-operazzjoni ta’ terminali ta’ kontejners fil-port ta’ Pireus - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna intiża li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi - Effett tal-għajnuna bħala inċentiv - Neċessità tal-għajnuna - Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”))
(2018/C 042/16)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u L. Kotroni, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deiċżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1827 tat-23 ta’ Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA 28876 (12/C) (ex CP 202/09) implimentata mill-Greċja għal Piraeus Container Terminal S.A. u Cosco Pacific Limited (ĠU 2015, L 269, p. 93).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy