9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2016 – Vince vs EUIPO (ELECTRIC HIGHWAY)
(Kawża T-315/15) (1)
([“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ELECTRIC HIGHWAY - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 006/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dale Vince (Stroud, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Longstaff, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1442/2014-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ELECTRIC HIGHWAY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dale Vince huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy