29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Jannar 2016 – Zitro IP vs UASI (TRIPLE BONUS)
(Kawża T-318/15) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja TRIPLE BONUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 078/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Crawcour u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2015 (Każ R 1648/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv TRIPLE BONUS bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zitro IP Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015
Full & Egal Universal Law Academy