11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2015 – GSA u SGI vs Il-Parlament
(Kawża T-321/15) (1)
((Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ sigurtà kontra l-inċendji, ta’ assistenza lill-persuni u ta’ sorveljanza esterna fis-sit tal-Parlament fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu li tiġi prodotta awtorizzazzjoni minn qabel maħruġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ ftuħ - Libertà li jiġu pprovduti servizzi))
(2016/C 007/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gruppo Servizi Associati SpA (GSA) (Ruma, l-Italja); u Security Guardian’s Institute (SGI) (Louvain-la-Neuve, il-Belġju) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: P. López-Carceller u B. Simon, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoniijet tal-Parlament, inklużi fl-ittra tat-12 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha dan tal-aħħar informa lir-rikorrenti, minn naħa, biċ-ċħda tal-offerta li huma kienu ppreżentaw fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa EP/DGSAFE/UIB/SER/2014-014, marbuta ma’ servizzi ta’ sigurtà kontra l-inċendji, ta’ assistenza lill-persuni (qasam 1) u ta’ sorveljanza esterna (qasam 2) fis-sit tal-Parlament fi Brussell (ĠU 2014/S 246-433095), u, min-naħa l-oħra, bl-għoti tal-kuntratt li kien is-suġġett ta’ din is-sejħa għal offerti lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gruppo Servizi Associati SpA (GSA) u Security Guardian’s Institute (SGI) huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy