6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs EUIPO – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)
(Kawża T-325/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Choco Love - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti CHOCOLATE, CSOKICSŐ u Chocolate Brown - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 070/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Budapest, l-Ungarija) (rappreżentant: Á. László, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Moisescu u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Budapest)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1369/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató u Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy