30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-327/15) (1)
((“FAEGG - Taqsima ‘Gwida’ - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Programm operattiv - Bażi legali - Dispożizzjonijiet transitorji - Applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji wara l-perijodu ta’ programmazzjoni kkonċernata - Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għat-teħid ta’ deċiżjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ne bis in idem - Proporzjonalità”))
(2017/C 369/09)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, O. Tsirkinidou u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u D. Triantafyllou, agenti)
Suġġett
Deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE sabiex tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1936 finali, tal-25 ta’ Marzu 2015, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI 2000GR061PO021 (Greċja – Objettiv 1 – Rikostruzzjoni rurali)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy