6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Keil vs EUIPO – NaturaFit Diätetische Lebensmittelproduktion (BasenCitrate)
(Kawża T-330/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BasenCitrate - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 038/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Rudolf Keil (Grevenbrioch, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne, D. Walicka u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: NaturaFit Diätetische Lebensmittelproduktions GmbH (Röttenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Reber, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ April 2015 (Każ R 1541/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn NaturaFit Diätetische Lebensmittelproduktions GmbH u R. Keil.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rudolf Keil huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy