11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Bimbo vs EUIPO (THE SNACK COMPANY)
(Kawża T-331/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva THE SNACK COMPANY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 251/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Marzu 2015 (Każ R 954/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv THE SNACK COMPANY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bimbo SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy