21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Josel vs EUIPO – Nationale-Nederlanden Nederland (NN)
(Kawża T-333/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindikj l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali NN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NN - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti minħabba elementi li jibdlu l-karattru distintiv”])
(2017/C 277/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Josel, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. L. Rivas Zurdo, sussegwentement minn J. Güell Serra, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nationale-Nederlanden Nederland BV (“s-Gravenhage” il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Morée u A. Janssen, sussegwentement minn A. Janssen, R. Sjoerdsma u C. Jehoram, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2015 (Każ R 1531/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Josel u Nationale-Nederlanden Nederland.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Josel, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy