14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Settembru 2016 – Bach Flower Remedies vs EUIPO – Durapharma (RESCUE)
(Kawża T-337/15) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RESCUE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009))
(2016/C 419/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bach Flower Remedies Ltd (Wimbledon, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Fowler, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simandlova u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Durapharma ApS (Stenstrup, id-Danimarka)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2551/2013-1), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Durapharma u Bach Flower Remedies.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bach Flower Remedies Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy