5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Lulju 2016 – Modas Cristal vs EUIPO – Zorlu Tekstil Ürünleri Pazarlama (KRISTAL)
(Kawża T-345/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea KRISTAL - Trade marks verbali u figurattivi nazzjonali preċedenti MODAS CRISTAL u home CRISTAL - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 326/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Modas Cristal, SL (Santa Lucía, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina,)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Muñiz Rodríguez u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Zorlu Tekstil Ürünleri Pazarlama Anonim Sirketi (Denizli, It-Turkija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 341/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Modas Cristal u Zorlu Tekstil Ürünleri Pazarlama.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Modas Cristal, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy