24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill
(Kawża T-346/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrent fil-listi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Awtorità ta’ res judicata - Użu ħażin ta’ poter - Drittijiet fundamentali”))
(2017/C 129/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Tejarat (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u A. Meskarian, solicitors, M. Brindle, QC, u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/556, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 92, p. 101), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2015/549, tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 92, p. 12), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bank Tejarat huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy