24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Arrom Conseil vs EUIPO – Puig France (Roméo has a Gun by Romano Ricci)
(Kawża T-358/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiv Romeo has a Gun by Romano Ricci - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NINA RICCI u RICCI - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Teħid ta’ vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2016/C 392/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arrom Conseil (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Herissay Ducamp u J. Blanchard, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Puig France SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1020/2014-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puig France u Arrom Conseil.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arrom Conseil hija kkundannata għall-ispejjez tagħha u għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Puig France SAS.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy