7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Lacamanda Group vs EUIPO – Woolley (HENLEY)
(Kawża T-362/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali HENLEY - Trade marks tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HENLEYS - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”])
(2016/C 410/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Lacamanda Group Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Scott, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nigel Woolley (Braceborough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 2255/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn The Lacamanda Group u Nigel Woolley.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 2255/2012-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess u l-ispejjeż ta’ The Lacamanda Group Ltd.
3)
Nigel Woolley għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy