2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Työhönvalmennus Valma vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-logħob li fiha blokok tal-injam)
(Kawża T-363/15) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali Komunitarja - Forma ta’ kaxxa tal-logħob li fiha blokok tal-injam - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 156/55)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Työhönvalmennus Valma Oy (Lahti, il-Finlandja) (rappreżentanti: S. Salonen u K. Parviainen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1690/2014-2), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ kaxxa tal-logħob fiha blokok tal-injam bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Työhönvalmennus Valma OY hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy