22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Renfe-Operadora vs EUIPO (AVE)
(Kawża T-367/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AVE - Invalidità parzjali - Appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell f’lingwa differenti mil-lingwa tal-proċedimenti - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Rikors għal restitutio in integrum - Dmir ta’ viġilanza”))
(2017/C 161/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Renfe-Operadora, Entidad Pública Empresarial (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. B. Devaureix u M. I. Hernández Sandoval, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 712/2014-5), dwar talba għal restitutio in integrum.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Renfe-Operadora, Entidad Pública Empresarial, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 346, 19.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy