10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Hernández Zamora vs EUIPO – Rosen Tantau (Paloma)
(Kawża T-369/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Paloma - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Paloma - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 112/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hernández Zamora, SA (Murcie, Spanja) (rappreżentanti: J.L. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rosen Tantau KG (Uetersen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ April 2015 (Każ R 1697/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hernández Zamora u Rosen Tantau.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hernández Zamora, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy