14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2016 – CJ vs ECDC
(Kawża T-370/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Xoljiment - Terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja - Dritt għal smigħ”))
(2016/C 419/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn de D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F-159/12 u F-161/12, EU:F:2015:38), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F-159/12 u F-161/12, EU:F:2015:38), huwa miċħud sa fejn dan jikkonċerna l-Kawża F-159/12.
2)
CJ għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) fil-kuntest ta’ din l-istanza, sa fejn huma relatati mal-Kawża F-159/12.
3)
Il-punti 3 u 5 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tieni Awla), tad-29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F-159/12 u F-161/12, EU:F:2015:38) huma annullati.
4)
Din il-kawża, sa fejn tikkonċerna l-Kawża F-161/12, tintbagħat quddiem Awla oħra minn dik li ddeċidiet dan l-Appell.
5)
L-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura huma rriżervati sa fejn jikkonċernaw il-Kawża F-161/12.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy