24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Lulju 2016 – Preferisco Foods vs EUIPO – Piccardo & Savore’ (PREFERISCO)
(Kawża T-371/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PREFERISCO - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea I PREFERITI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 392/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Preferisco Foods Ltd (Vancouver, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal u E. Armero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Sidat Humphreys u J. F. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Piccardo & Savore’ Srl (Chiusavecchia, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ April 2015 (Każ R 2598/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Piccardo & Savore’ u Preferisco Foods.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Preferisco Foods Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy