26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — Ja zum Nürburgring vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-373/15) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna individwali favur il-kumpless tan-Nürburgring għall-bini ta’ postijiet ta’ divertiment, lukandi u ristoranti kif ukoll għall-organizzazzjoni ta’ tlielaq tal-karozzi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Deċiżjoni li tiddikjara li r-rimbors tal-għajnuna ddikjarata inkompatibbli ma jikkonċernax lis-sid il-ġdid tal-kumpless tan-Nürburgring - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ effett sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva - Assoċjazzjoni - Status ta’ negozjatur - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat fi tmiem il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari - Rikors għal annullament - Parti interessata - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Assenza ta’ diffikultajiet li jeżiġu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Ilment - Bejgħ tal-assi tal-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli - Proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)
(2019/C 288/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ja zum Nürburgring eV (Nürburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn D. Frey, M. Rudolph u S. Eggerath, sussegwentement minn D. Frey u M. Rudolph, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għan-Nürburgring (ĠU 2016, L 34, p. 1).
Dispożittiv
1)
It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors hija miċħuda.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Ja zum Nürburgring eV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy