23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2017 – VM vs EUIPO – DAT Vermögensmanagement (Vermögensmanufaktur)
(Kawża T-374/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vermögensmanufaktur - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2017/C 357/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: VM Vermögens-Management GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde u P. Homann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DAT Vermögensmanagement GmbH (Baldham, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-G. Stache, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2015 (Każ R 418/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn DAT Vermögensmanagement u VM Vermögens-Management.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
VM Vermögens-Management GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
DAT Vermögensmanagement GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy