19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017 – Germanwings vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-375/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur kumpannija tal-ajru li tuża l-ajruport ta’ Zweibrücken - Vantaġġ - Imputabbiltà lill-Istat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Aċċes għal dokumenti - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat - Rifjut li jingħata aċċess għad-dokumenti mitluba - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar”))
(2017/C 195/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Germanwings (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant A. Martin-Ehlers, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Buchet, T. Maxian Rusche, R. Sauer u K. Herrman, sussegwentement minn A. Buchet, T. Rusche, K. Herrman u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68), u, min-naħa l-oħra, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/1288 GESTDEM, tal-11 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta l-aċċess parzjali għall-fajl amministrattiv dwar il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.27339.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(2) sa fejn jikkonċerna l-ewwel ftehim konkluż bejn Flughafen Zweibrücken GmbH u Germanwings GmbH, kif ukoll l-Artikolu 3(4)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68), huma annullati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti minn Germanwings.
4)
Germanwings għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy