3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – KK vs EASME
(Kawża T-376/15) (1)
((“Programm qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni Horizon 2020 - Sejħa għall-proposti abbażi tal-programm ta’ ħidma 2014-2015 - Proġramm ta’ sostenn għall-innovazzjoni fil-PMEs - Deċiżjoni tal-EASME li tiddikjara proposta mhux eliġibbli - Regola ta’ ‘sottomissjoni unika’ - Proċedura ta’ reviżjoni tal-evalwazzjoni - Inaċċessibbiltà temporanja tal-portal elettroniku għar-reġistrazzjoni tal-proposti - Żball ta’ evalwazzjoni - Ksur tar-regoli proċedurali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2017/C 213/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: KK (rappreżentant: J.-P. Spitzer, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME), (rappreżentanti: A. Pallares Allueva u E. Fierro Sedano, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASME tal-15 ta’ Ġunju 2015 li tiċħad il-proposta ppreżentata mir-rikorrenti b’risposta għas-Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020 (ĠU 2013, C 361, p. 9) u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba din iċ-ċaħda.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
KK hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 4.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy