13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – IMG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-381/15) (1)
([“Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Miżuri msaħħa ta’ awditu u ta’ monitoraġġ u senjalazzjoni ta’ verifika fil-kuntest tas-sistema ta’ twissija bikrija (STB) - Deċiżjoni li tissospendi l-possibbiltà għar-rikorrenti li tikkonkludi, mal-Kummissjoni, kuntratti ta’ ġestjoni indiretta b’teħid inkunsiderazzjoni tad-dubji eżistenti fir-rigward tal-istatus tagħha ta’ organizzazzjoni internazzjonali - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà parzjali - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Rikors għad-danni”])
(2017/C 078/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: International Management Group (IMG) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u S. Bartelt, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni fejn fiha din tordna li jittieħdu miżuri msaħħa ta’ awditu u ta’ monitoraġġ u senjalazzjoni ta’ verifika, u ċċaħħad lir-rikorrenti mill-possibbiltà li tikkonkludi, mal-Kummissjoni, kuntratti ta’ ġestjoni indiretta u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet minħabba l-adozzjoni tal-miżuri previsti mill-imsemmija ittra.
Dispożittiv
1)
Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn International Management Group (IMG) titlob l-annullament tal-inklużjoni tagħha f’senjalazzjoni ta’ verifika fis-sistema ta’ twissija bikrija.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli jew infondat.
3)
IMG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy