25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Loops vs EUIPO (Forma ta’ xkupilja tas-snien)
(Kawża T-385/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark tridimensjonali - Forma ta’ xkupilja tas-snien - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 270/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Loops, LLC (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2015 (Każ R 1917/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ xkupilja tas-snin bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Loops, LLC, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy