15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2017 – J & Joy vs EUIPO – Joy-Sportswear (JN-JOY)
(Kawża T-388/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JN-JOY - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti joy SPORTSWEAR - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn il-prodotti - Xebh bejn is-sinjali - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 151/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: J & Joy SA (Waremme, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Maqua, C. Pirenne u C. Smits, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Joy-Sportswear GmbH (Ottensoos, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kiphuth, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ April 2015 (Każ R 1353/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Joy-Sportswear u J & Joy.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
J & Joy SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 381, 16.11.2015
Full & Egal Universal Law Academy