24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Settembru 2016 – Perfetti Van Melle Benelux vs EUIPO
(Kawża T-390/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ew ropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 3D - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea verbale 3D’S u 3D’s - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 392/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perfetti Van Melle Benelux BV (Breda, in-Netherlands) (rappreżentant: P. Testa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u A. Folliard Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: PepsiCo, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2015 (Każ R 465/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PepsiCo u Perfetti Van Melle Benelux.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Perfetti Van Melle Benelux BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy