6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 15 ta’ Diċembru 2016 – Aldi vs EUIPO – Cantina Tollo
(Kawża T-391/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ALDIANO - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ALDI - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 - Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])
(2017/C 038/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cantina Tollo SCA (Tollo, it-Talja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1612/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi u Cantina Tollo.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy