14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2016 – ECDC vs CJ
(Kawża T-395/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Xoljiment - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Dritt għal smigħ”))
(2016/C 419/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ April 2015, CJ vs ECDC (F-159/12 u F-161/12, EU:F:2015:38) u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015
Full & Egal Universal Law Academy