27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2017 – Morgan & Morgan vs EUIPO – Grupo Morgan & Morgan (Morgan & Morgan)
(Kawża T-399/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Morgan & Morgan - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti MMG TRUST MIEMBRO DEL GRUPO MORGAN & MORGAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 063/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Morgan & Morgan Srl International Insurance Brokers (Conegliano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Caricato u F. Gatti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u C. Martini, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo Morgan & Morgan (Panama, il-Panama)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1657/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Morgan & Morgan u Morgan & Morgan International Insurance Brokers.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Morgan & Morgan Srl International Insurance Brokers hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy