19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – JYSK vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-403/15) (1)
([“Rikors għal annullament - FEŻR - Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Rifjut ta’ għoti ta’ kontribut finanzjarju għal proġett kbir - Impriża responsabbli mit-twettiq tal-proġett - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”])
(2017/C 195/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JYSK sp. z o.o. (Radomsko, il-Polonja) (rappreżentant: H. Sønderby Christensen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn R. Lyal, B.-R. Killmann u M. Clausen, sussegwentement minn R. Lyal u B.-R. Killmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3228, tal-11 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Ċentru Ewropew ta’ Servizzi Kondiviżi – Sistemi ta’ loġistika intelliġenti”, li jagħmel parti mill-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva” stabbilita mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
JYSK sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy