26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2019 — Fulmen vs Il-Kunsill
(Kawża T-405/15) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Kumpens għad-dannu allegatament subit wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Danni materjali - Danni immaterjali”)
(2019/C 288/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fulmen (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: A. Bahrami u N. Korogiannakis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewrpea (rappreżentanti: R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M. Bishop, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Aresu u D. Gauci, sussegwentement A. Aresu u R. Tricot, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39, rettifika fil-ĠU 2010, L 197, p. 19), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2010, L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU 2010, L 281, p. 81) u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), li permezz tagħhom isem ir-rikorrenti ġie inkluż u miżmum fil-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lil Fulment kumpens ta’ EUR 50 000 bħala dannu immaterjali subit.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Fulmen, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 337, 12,10,2015.
Full & Egal Universal Law Academy