5.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 454/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Hot-Can Intellectual Property (HotoGo self-heating can technology)
(Kawża T-407/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HotoGo self-heating can technology - Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea preċedenti li jirrappreżentaw dwiefer - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ konnessjoni bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 454/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u P. Ivanov, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hot-Can Intellectual Property Sdn Bhd (Cheras, Malasja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Mejju 2015 (Każ R 38/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Hot-Can Intellectual Property.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015
Full & Egal Universal Law Academy