13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Gappol Marzena Porczyńska vs EUIPO – Gap (ITM) (GAPPOL)
(Kawża T-411/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GAPPOL - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GAP - Rikors inċidentali - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Reputazzjoni - Profitt mislut indebitament mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])
(2017/C 382/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Siciarek u J. Mrozowski, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2015 (Każ R 686/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gap (ITM) u PP Gappol Marzena Porczyńska.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Mejju 2015 (Każ R 686/2013-1) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad, b’applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2017, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea], l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 20 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni “għamara”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy