27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2017 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament
(Kawża T-419/15) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Estensjoni u mmodernizzar tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Valur tas-suq - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 063/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cofely Solelec (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange, il-Lussemburgu), Cofely Fabricom (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Marx, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Chrétien u M. Mraz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet inklużi fl-ittri bir-riferenza D(2015) 24297 u D(2015).28116 tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Mejju u tal-11 ta’ Ġunju 2015 rispettivament, li nnotifikaw lir-rikorrenti bl-annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T-14-A04 għall-attribuzzjoni tal-lott Nru 75, intitolat “elettriku – kurrenti qawwija”, dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ mmodernizzar tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Cofely Solelec, Mannelli & Associés SA u Cofely Fabricom huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy