22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Thun 1794 vs EUIPO – Adekor (Simboli grafiċi dekorattivi)
(Kawża T-420/15) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta simboli grafiċi dekorattivi - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Żvelar tad-disinn preċedenti - Assenza ta’ novità - Artikoli 5, 7 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])
(2016/C 305/44)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Thun 1794 a.s. (Nová Role, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: F. Steidl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Adekor s.r.o. (Loket, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: V. Dohnalová, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ April 2015 (Każ R 1465/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Thun 1794 u Adekor.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Thun 1794 a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy