26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Schräder vs CPVO – Hansson (SEIMORA)
(Kawżi magħquda T-425/15, T-426/15 u T-428/15) (1)
((“Varjetajiet ġodda ta’ pjanti - Applikazzjoni għar-revoka tal-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti mogħtija lill-varjetà SEIMORA - Talba għall-annullament tal-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti mogħtija lill-varjetà SEIMORA - Applikazzjoni għall-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti għall-varjetà SUMOST 02 - Kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO - Prinċipju ta’ imparzjalità))
(2017/C 202/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Leidereiter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: M. Ekvad u F. Mattina, aġenti, assistiti minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Suġġett
Fil-Kawża T-425/15, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-24 ta’ Frar 2015 (Każ A 003/2010), dwar applikazzjoni għar-revoka tal-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti mogħtija lill-varjetà SEIMORA; fil-Kawża T-426/15, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-24 ta’ Frar 2015 (Każ A 002/2014), dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidita tal-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti mogħtija lill-varjetà SEIMORA; u fil-Kawża T-428/15, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-24 ta’ Frar 2015 (Każ A 007/2009), dwar applikazzjoni għall-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti għall-varjetà SUMOST 02.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Ralf Schräder huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015
Full & Egal Universal Law Academy