14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 30 ta’ Settembru 2016 – Flowil International Lighting vs EUIPO – Lorimod Prod Com (Silvania Food)
(Kawża T-430/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Silvania Food - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti SYLVANIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 419/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Flowil International Lighting (Holding) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SC Lorimod Prod Com, Srl (Simleul Silvaniei, ir-Rumanija)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2015 (Każ R 616/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Flowil International Lighting (Holding) u SC Lorimod Prod Com.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Flowil International Lighting (Holding) BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015
Full & Egal Universal Law Academy