22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2016 – Fruit of the Loom vs EUIPO – Takko (FRUIT)
(Kawża T-431/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRUIT - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu estern tat-trade mark”])
(2016/C 305/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1641/2014-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Takko Holding u Fruit of the Loom.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1641/2014-2) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ Fruit of the Loom, Inc.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy