29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Bank Saderat vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-433/15) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tad-dħul f’territorji tal-Istati Membri - Riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ ismu fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi inkwistjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lil individwi”)
(2019/C 255/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bank Saderat plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Jeffrey, S. Ashley, A. Irvine, solicitors, M. Demetriou, QC, u R. Blakeley, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bishop u N. Rouam, sussegwentement minn M. Bishop u H. Marcos Fraile, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Konstantinidis u D. Gauci, sussegwentement M. Konstantinidis, A. Tizzano u C. Zadra, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni ta’ ismu fil-lista ta’ perusni u entitajiet elenkati inkluża fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2007, L 103, p. 1), ir- Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bank Saderat plc għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy