27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Kolachi Raj Industrial vs Il-Kummisjoni
(Kawża T-435/15) (1)
((“Dumping - Importazzjoni ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini - Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/776 - Artikolu 13(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ - Provenjenza u oriġini ta’ komponenti tar-roti - Ċertifikati ta’ oriġini - Valur probatorju insuffiċjenti - Spejjeż tal-manifattura ta’ komponenti tar-roti”))
(2017/C 402/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd (Karachi, il-Pakistan) (rappreżentant: P. Bentley, QC)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Demeneix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat u J. Beck, solicitor)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776, tat-18 ta’ Mejju 2015, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le (ĠU 2015, L 122, p. 4), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776, tat-18 ta’ Mejju 2015, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti minn Kolachi Raj Industrial (Private).
3)
European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 328, 05.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy