10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs AEM
(Kawża T-441/15) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt-qafas multiplu f’kaskata EMA/2012/10/ICT - Provvista ta’ servizzi esterni fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer - Talba għal provvista ta’ servizzi indirizzata lir-rikorrenti - Ċaħda tal-kandidati proposti mir-rikorrenti - Proporzjonalità - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2017/C 112/47)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment I. Ampazis u M. Sfyri, sussegwentement M. Sfyri, D. Papadopoulou u C. N. Dede, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (AEM) (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, G. Gavriilidou u P. Eyckmans, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AEM, tal-4 ta’ Ġunju 2015, innotifikata b’posta elettronika tad-Direttur tar-Riżorsi Teknoloġiċi u tal-Informatika, li tiċħad tnejn mill-kandidati proposti mir-rikorrenti wara t-talba għal provvista ta’ servizzi SC001, fl-ambitu tal-kuntratt-qafas EMA/2012/10/ICT, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy