7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2016 – Satkirit Holdings vs EUIPO – Advanced Mailing Solutions (luvo)
(Kawża T-449/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea luvo - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea luvo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 410/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Satkirit Holdings Ltd (Douglas, il-Gżira ta’ Man) (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sliwinska u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Advanced Mailing Solutions Ltd (East Kilbride, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Mejju 2015 (Każ R 877/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Advanced Mailing Solutions u Satkirit Holdings.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Satkirit Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy