23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2017 – AlzChem vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-451/15) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri”])
(2017/C 357/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AlzChem (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Borsos u J. Guerrero Pérez, sussegwentement A. Borsos, J. Guerrero Pérez u I. Georgiopoulos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, M. Konstantinidis u L. Armati, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
AlzChem AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy