15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Petrov et vs Il-Parlament
(Kawża T-452/15) (1)
((“Membru tal-Parlament Ewropew - Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament - Ċittadin ta’ Stat Membru - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etniċi - Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità - Ammissibbiltà ta’ motiv - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-opinjonijiet politiċi - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter”))
(2018/C 013/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Andrei Petrov (Saint Petersburg, ir-Russja), Fedor Biryukov, (Moska, ir-Russja) u Alexander Sotnichenko (Saint Petersburg) (rappreżentant: P. Richter, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Ġunju 2015 li tirrifjuta l-aċċess għall-bini tiegħu lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Andrei Petrov, Fedor Biryukov u Alexander Sotnichenko huma kkundannati jbatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sosnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 363, 3.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy