24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Trinity Haircare vs EUIPO – Advance Magazine Publishers (VOGUE)
(Kawża T-453/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VOGUE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv - Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Mala fides - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 392/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trinity Haircare AG (Herisau, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: J. Kroher u K. Bach, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Lewis u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Ivison, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2426/2014-4), dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Advance Magazine Publishers u Trinity Haircare.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Trinity Haircare AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), u minn Advance Magazine Publishers, Inc.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy