20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Mejju 2016 – Laboratorios Ern vs EUIPO - Werner (Dynamic Life)
(Kawża T-454/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dynamic Life - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti DYNAMIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 222/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Pérez Serres, R. Guerras Mazón, S. Correa Rodríguez u T. González Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Matthias Werner (Neufahrn, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Mejju 2015 (Każ R 441/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern u M. Werner.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Laboratorios Ern, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy